Merħba fl-Iskola tal-Mużika George Vella

L-għan ewlieni tal-iskola huwa li tipprovdi tagħlim tal-mużika ħolistiku li jippermetti lill-istudenti tagħna jirnexxu.

Merħba fl-Iskola tal-Mużika George Vella, tifforma parti mill-Għaqda Mużikali Marija Bambina, Banda Vittorja tan-Naxxar, li l-għan ewlieni huwa li tkabbar il-wind band tagħha mal-mużiċisti lokali tagħha u tikkontribwixxi aktar fis-settur mużikali u organizzattiv tal-Festa tradizzjonali Maltija.

Play Video

Il-Banda

Il-Banda tul iż-Żmien

Mill-bidu ta’ l-esistenza ta’ l-Għaqda Mużikali Vittorja fl’1916, kien hemm ix-xewqa li din l-għaqda tkun waħda mużikali, imma kien biss 1989 li din ġiet inawgurata bħala banda.

Fl’ 1984 kienet l-ewwel darba li s-soċjeta, kienet għaqdet banda biex jindaqq marċ fil-festa ta’ Santa Luċija fin-Naxxar stess. L-istess sar fis-sentejn ta’ wara bl’għajnuna ta’ Mro. Evan Borġ. Imma sa dak iż-żmien l-għaqda ma kelliex funzjoni ta’ banda.

Fl-1986 il-kumitat tal-festa flimkien mal- kumitat ta’ l-Għaqda Mużikali ‘Peace’, xtaqu ibiddlu it-triq tal-marċ tas- 6ta’ Settembru, marċ magħruf aħjr bħala il-marċ il-kbir, fejn kien popolari ħafna man-Naxxarin speċjalment maż-żgħażagħ, peress li kin l-ikbar marċ tal-briju. Din i-xewqa twetqet fejn il-marċ minflok għada mit-triq Santa Luċija għadha min Labour Avenue.

Meta iż-żgħżagħ flimkien ma xi naxxarin oħra, li ma qablux ma din id-deċiżjoni, raw dan, għaqdu kumitat u ġabu il-banda San Ġużepp ta’ Ħal Kirkop, biex idoqq il-marċ mit-toroq tradizzjonali. Xħin raw is-suċċss li kellhu dan il-marċ, il-kumitat tal-festa flimkien ma’ l-arċipriet, bdew iħallsu huma għal-dan il-marċ.

Kien għalek li membri ta’ l-Għaqda Vittorja ġabru il-firem u sejħu lagħqa ġenerali biex titressaq mozzjoni biex is-soċjeta tinbidel u issir Għaqda Mużikali Vittorja. Il-laqgħa saret nhar il-Ħadd 7ta’ Frar 1988, u b’votazzjoni sigrieta, l-unika waħda li qatt saret fis-soċjeta, ġiet imħabbra li din il-mozzjoni għadiet u għadiet maġġoranza kbira. Il-ferħ ta’ dawk preżenti kien ċar u mil-ewwel bdew il-preparativi biex tiġi iffurmata banda kif sippost.

Il-kumitat, li ġa kellhu relazzjoni tajba mas- Surmast Evan Borġ,illum is-Surmast tal-Banda tal- Forzi Armati ta’ Malta, ħatar lil dan i-surmast bħala l-ewwel wieħed tagħha. Fl- 1ta’ Settembru 1989 ġiet inawgurata il-banda flimkien ma’ l-ewwel strumentaturaa li kienet tinkonsisti f’katuba,
piatti, side drum, 4 klarinetti u 4 kurunetti. Dik is-sena, propju tlett ijiem wara li l-banda ħadet sehem għal-ewwel darba fil-festa ta’ Marija Bambina; fl-ewwel tridu (4 ta’ Settembru), fil-marċ il-kbir mit-toroq tradizzjonali (6ta’ Settembru), Lejliet il-festa (7ta’ Settembru) u l-marċ ta’ filodu (8ta’ Settembru).

X’ħin il-kumitat ra kemm l-attendenza f’dawn il-marċijiet kienet kbira u intweriet xewqa kbira ta’ tagħlim tal-mużika fi ħdan is-soċjeta, ħatar lis- Sur Edwin Pace bħala l-ewwel għalliem u Assistent Surmast f’Ottubru ta’ l-1989.

Il-lezzjonijiet bdew fejn l-ewwel alliev ta-soċjeta’ kien iż-żagħżugħ Stefan Aġius, fejn imbad flimkien ma’ 11-il tifel u tifla ħarġu idoqqu mal-banda fil-festa ta’ l-1991, bl-istrumenti li daqqu kienu 7 klarinetti, kwartin, sax Alto u Sax Tenur.  Fl-1994 kienet is-sena li fiha ħarġu għal-ewwel darba bandisti li jdoqqu ir-ramm eżattament 4 kurunetti.

Il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira kienet l-unika eveniment li l-banda tagħna għada ma daqqietx fih. Wara insistenza mas-surmast il-banda tagħna daqet għal-ewwel darba fil-purċissjoni ta’ l-1994 flok il-banda Imperial tal- Mellieħa prpju quddiem l-istatwa sabiħa ta’ Ġuda.

Ix-xewqa li l-banda tagħmel programm strumentali kienet ilha tberen fil-moħħ tal-kumitat u kien propju fid- 19ta’ Mejju 1995, li l-banda esegwiet program mil-aqwa ġewwa l-orotorju tan-Naxxar f’jum in-Naxxar orgonizat mil-Kunsill Lokali. Kien wieħed mil-aqwa programmi li qatt ġie esegwit mil-baned f’dak iż-żmien mil-baned maltin. Sfortuntament dan il-program li kien issir darba fis-sena mgħadux jiġi organizat mill-kunsill lokali.

28ta’ Lulju 1996 kienet ġurnata oħra storika għal-banda, dan għaliex f’din id-data il-banda daqet għal-ewwel darba barra min-Naxxar, propju ġewwa is-Sannat Għawdex fil-marċ ta’ filgħodu tal-festa ta’ Santa Margeita.

Fl-1998 il-kumitat ħatar sumast ġdied  biex imexxi il-banda, is-Surmast Alfred Farruġia, u flimkien miegħu ħatru lis-Sur Dione Bonniċi bħala għalliem tar-ramm, b’hekk issa is-soċjeta kellha żewġ għalliema u surmast. dan sar peress li l-amont ta’ allievi kien kiber wisq biex għalliem wieħed ilaħħaq magħhom u jagħti dak kollhu li vera ikun imissu kull alliev.

Matul dan iż-żmien kollhu il-kumitat ra kif għamel biex dejjem sebbaħ il-lokal kif ukoll ra li l-armar fil-festa dejjem ikun mill-isbaħ, għaldaqstant fid-19 ta Settembru 1998 wara programm vokali u strumentali imexxi mis-Surmast Farruġia, l-ewwel wieħed li sar quddiem il-każin. Ġie inawgurat l-arkivju mill-isbaħ li is-soċjeta tant tgħożż. Dan barra il-majestożita tiegħu, kien ta’ għajnuna kbira biex il-mużika li għanda is-soċjeta tiġi merfgħuha fih u tagħmila iktar aċċessibli għas-Surmast biex jagħżel xi mużika.

Dan il-program tant mar tajjeb man-nies kif ukoll tant kemm kien ta’ livell għoli l-kumitat dejjem żamm id-data tat-2 ta’ Settembru bħala il-ġurnata tal-program tal-festa, data li għada tinżamm sal llum. Is-Surmast Farugia, ta’ surmast li dejjem xtaq it-tkabir tal-banda wera ix-xewqa li jibda issir programm ieħor fis-sena, dak ta’ żmien il-Milied. Mill-ewwel, il-kumitat aċċetta din il-proposta u propju fil Milied ta’ l 999 sar l-ewwel programm fil-Milied.

Is-sena 2000 kienet sena ta’ muvument qawwi fil-banda, dan għaliex sar tibdiel sħieħ fid-direzzjoni tal-banda, fejn il-kumitat wera ix-xewqa li jkun hemm team żagħżugħ li jmexxi l-banda għal-futur, fil-fatt din il-bidla saret u inħatar Surast, Assistent Surmast u għalliem ġdied. Dawn kienu Mro roderick Buġeja bħala surmast direttur u għalliem tar-ramm, perkussjoni u flawt, Marco Mifsud bħala għalliem tal-klarinetti u Assisetnet Surmast, u l-mużiċista tal-post Christine Vella bħala għaliema tas-Saxaphones. F’din is-sena wkoll ġiet iffurmata il-kummissjoni banda, fejn erbgħa bandisti u ġenitur iffurmaw kummisjoni li tgħen lis-surmast kif ukoll toħloq attivitajiet għal bandisti u allievi.

Is-sena 2002 ija sena mill-isbaħ li fiha l-banda għamlet pass ieħor ta’ ġgant. Nhar l-4ta’ April il-banda tagħna maret ġewwa ir-Repubblika Ċeka eżattament ġewwa Praga, fejn hemmhekk daqet marċ fuq il-magħruf ‘Charles Bridge’ biex tipromwovi il-festa maltija ġewwa r- Repubblika Ċeka. Kien avveniment indimetakabli u żgur li jinkibet fl-istorja ta’ l-Għaqda b’ittri tad-deheb.

F’din is-sena reġa kien hemm tibdiel fis-sistema tat-tgħalliem, fejn wara ir-riżenja min għalliem u assistent surmast ta’ Marco Mifsud, Christine Vella ġiet maħtura l-ewwel Assistent Surmast mara ġewwa in-Naxxar kif ukoll l-ewwel bandista tal-post li laħqet dak il-grad.

Min dak iż-żmien Mro. Buġeja u Mro. Vella flimkien mal- kummissjoni banda, dejjem raw x’jistgħu jagħmlu biex dejjem iħeġġu iktar tfal jitgħlmu il-banda u fli-istess ħin iżommu l-allievi li kien hemm diġa. Mro. Vella ħarġet bl’inizjativa ġdieda, program ġdied, It-Talent Żagħżugħ, kunċert magħmul kollhu mil-allievi u bandisti tal-post biss. Fid-29ta’ Marzu 2003, sar l–ewwel Talent Żagħżugħ li kien suċċess, Tant kemm sar maħbub mil-bandisti u l-allievi li sar bħala inizjativa biex ikomplu jistudjaw.

Il-Banda tagħlaq 15-il sena. 2004, sena indimentikabbli. Il-president, is-sur Anthony Catania min dejjem rit iħalli rigal kbir u sabiħ u li jibqa aprezat min kullħadd għal dejjem. Kien għalek li s-sur Catania ikomisjona lil bravu kompozitur malti Mro. Ray Sciberras biex jikomponi Canata fuq poeżija li kien kiteb il-qassis Naxxari Dun Anton Sciberras. Kien proġett abbizjuż għal-banda żgħira bħal m’hi l-Għaqda Mużikali Vittorja Naxxar.

Malli din il-komposizzjoni kienet lesta, din ġiet irekordjata u mil-ewwel noti tagħha, din ġiet desgrita bħala l-aqwa cantata li qatt kien kiteb Mro. Sciberras. Fis-17 ta’ April 2004 is-Surmast żagħżugħ tagħna  Mro. Roderick Buġeja ħejja program mill-isbaħ biex din il-cantata bl’isem ‘Bi Twelidek rebaħħtna’, tiġi eżegwita għal-ewwel darba fil-pubblika. Is-Sala Sir Temi Żammit ġewwa l-Universita
kienet mimlija daqs bajda. Hekk kif spiċċat il- cantata in-nies qamu bil-wieqfa iċċapċu għal dak il-kapulavur li bih il-banda ġiet magħrufa ma’ Malta kollha. Ta’ minn jinnota ukoll li propju fdan il-program ġew iregalati set Timpani.

Suċċess ieħor li kisbet il-banda tagħna kien propju fis-7 ta’ Ġunju 2008, fejn il-banda għal-ewwel darba eżegwiet program sturmetali fuq il-pjanċier tal-banda 12th May ta’ Ħaż-Żebbuġ lejliet il-festa ta’ San Filep t’Aġira. Fl’ 2009 il-kumitat ra li l-bandisti u l-allievi qedin jiżdiedu għal-numru sabiħ. Għal dan il-għan il-kumitat tkellem mas-Surmast li flimkien mal- Assistenta tiegħu ġie deċiż li t-tgħalliem tas-sezzjoni tar-ramm tgħaddi f’idejn il-bandist tal-post Daniel Vella biex b’hekk is-surmast ikun jista jiddedika aktar ħin għal-kunċerti mal-bandisti u b’hekk ikun hemm aktar żmien u tħejjiha għal-programi li għandha il-banda.

Fil-programm tal-festa fl’ 2005 il-kummissjoni Żagħżagħ għmlet donazzjoni ta’ Drum Kit lil-banda, strument li kien ilu biex jiġi mixtri. L-istess ġara fl-2007 fejn is-Sinjura Grace Gatt ireggalat pjanu kif ukoll fl-2008 iregalat Gong. Dawn huma ftit mid-donazzjonijiet mużikali li irċevejna. Listrumenti li tiposejedi is-soċjeta ħafna minnhom ġew mogħtija matul iż-żmien kif ukoll il-kumitat xtara strumenti li kien hemm bżonn fil-mument.

Program ieħor ta unur kbir, sar propju fis-sena 2010, fejn il-banda daqqet program mużikali impenjattiv ġewwa it-teatru prestiġjuż it- Teatru Manoel bl’isem ta “Anniversary Concert” biex jiġi imfakkar l’10 sena min mindu is-surmast Roderick Buġeja taħt idejh id-direzzjoni tal- banda tagħna. Ta minn issemmi li f’dan il-program indoqqu siltiet ta livell għoli ħafna, kif ukoll li waqt dan il program l’Assistent Surmast Christine Vella fuq is-Saxaphone Alto kif ukoll Charlene Farrugia (*1) daqqew siltiet flimkien mal-banda. F’ Teatru ippakjat bin-nies, għal dan il-program kien hemm biss kliem ta tifħir għal organizazzjoni u għal esekjuzjoni tiegħu fejn anke ġiet miktuba kritika pożitiva fuq ġurnali stabiliti maltin.

Fl-2012 il-Banda Zaghzagh u l-program Talent Zaghzugh għalqu għaxar snin mit-twaqqif taghhom, ghal dan, il-kummissjoni banda ħasbet biex tgħamel edizzjoni speċjali fuq skala akbar. Bl’għajnuna tal-fondi mil-Agenzija Zghazagh, l-10 edizzjoni tat-Talent zaghzugh sar ġewwa it-teatru tal-Oratorju ġewwa in-Naxxar . F’dan il-program ġew mizjuda effetti tad-dawl, vizwal u anke ta’ sound biex bhekk seta johrog prodott finali professjonali. F’din l-edizzjoni mal-banda ingħaqdu il-pjanista Yvette Marie Galea kif ukoll l-Spettur Vella fuq ic-cirimelli. Bħal dejjem il-program kien taħt id-direzzjoni tal-Assistent Surmast Christine Dimech.

Fl’2013 ġiet introdotta għal-ewwel darba il-Brass Ensemble tas-soċjeta fejn daqqew għal-ewwel darba fil-11-il-edizzjoni tat-Talent Zaghzugh li issa baqa jsir u jikber bhala produzzjoni. Din l-ensemble kienet imexxiha mil-ghalliem Daniel Vella, waqt li għal-darbohra il-klarinettista Graziella Vella mexghiet il-Clarinet Choir tal-istess socjeta.

2014- Il- 25 sena mit-twaqqif tal-banda għaziza taħna. Għal din is-sena speċjali, saru ħafna attivitajiet muzikali. Sar recording ta Innijiet Marjani flimkien mal-kor. F’Mejju il-banda, bl’għajnuna min fondi tal- MAF, LCIF  u Agenzija Zaghzagh, bil-kollaborazzjoni tal-Valletta Waterfront,flimkien ma sponsors oħra, inġieb min Franza, il-Professur Antonino Mollica, sassafonista Sqalli, li kien mistieden jgħamel Masterclasses ġewwa is-soċjeta. Propju f’jum l-Omm, ġewwa il-Pinto Wharf ġewwa il-Valletta Waterfront,  ġie ezekwit il-Kunċert Sinfoniku – Grand Anniversary Concert, fejn indaqet il-famuza u impenjativi ‘Pictures at an Exhibition’ li kienet ukoll  akkumpanjata min video dwar propju din is-silta. Highlight iehor f;dan il-program taht id-direzzjoni tas-Surmast Roderick Bugeja, Antonino Mollica daq silta impenjativa filwaqt li wara daq duet mal-Assistent Surmast Christine Dimech.  Wara dan il-program, kien imiss program ieħor speċjali. Il-banda idoqq għal-ewwel darba ġewwa il-Knisja Arċipretali tan-Naxxar, u flimkien mal-Korista mil -Coro Bel Canto u is-solisti giet ezekwita, fost oħrajn, il-Kantata, ‘Bi Twelidek Rebbaħtna’ kif ukoll l-Antifona popolari Vergine Mariea ta Dr. Paolo Nani. Kienet serata mimlija emozzjonijiet u ferħ. Wara dan il-program kien imiss il-program Talent Zaghzagh li ghal din is-sena saret edizzjoni speċjali tal-Milied. Kien propju dan il-program li għalaq sena momerrabli għal banda tagħna.

2015: Dik li kellha tkun sena normali għal banda tagħna, kienet verament intenssiva fejn, aparti is-servizzi u il-programmi annwali kien hemm sensiela ta attivitajiet oħra.Il-Brass Ensemble flimkien ma Solisti mil-Banda taghna ezegwew l-ewwel program taghhom fis-Santwarju Hniena Divina waqt program bl’isem Mediitation. Kien esperiment li irnexxa u li zgur li ser jitkompla. Għal-ewwel darba il-banda daqqet ġeww l-iskola primarja tan-Naxxar kif ukoll tghat presentation helwa lil dawk kollha li attendew open day gewwa l-istess skola. Hekk kif kien tħabbar mis-segretarju Clifford Galea waqt il-program li sar is -sena ta qabel ġewwa il-Knisja Arċipretali, il-Banda f’Settembru maret idoqq ġewwa il-Vatikan u Veroli. B’fondi min Creative Communities Funds, il-banda ezegwit 3 programmi. Gewwa il-Katidral ta St. Maria Salome gewa Veroli u fil-Knisja ta;’ San Mikiel taħt id-direzzjoni ta Daniel Vella, filwaqt li Christine Dimech kellha id-direzzjoni tal-banda waqt udjenza mal-papa. Għal-ewwel darba fl’istorja tal-kazini ta’ Malta, il-banda taghna flimkien ma dik tas-Soċjeta’ Filarmonika Pinto, Banda San Sebastjan, ingħaqdu biex flimkien ħolqu sensiela ta’ Masterclasses kif ukoll ġemelaġġ muzikali bejn iz-zewg għaqdiet. Saru 6 workshops ghal strumenti differenti u li kienu miftuhin ghal kulhadd u li gha;lihom kien hemm il fuq minn 100 bandist u alliev min madwar Malta u Ghawdex. Sar ukoll workshop u team building bejn iz-zewg ghaqdiet biex imbad sar program repetut, wiehed gewwa il-Kripta tal-Knisja Parrokjali tas- San Sebastjan f’ Hal Qormi  u l-ieħor ġewwa it-Teatru tal-Oratorju. Dan il-program kienu taht id-direzzjoni taz-zewg assistenti taz-zewg socjetajiet Christine Dimech u Roderick Bugeja.

Illum, l-Għaqda Mużikali Vittorja Naxxar tgawdi repetuzzjoni qawwija. Il-program annwali tat- 2ta Settembru huwa meqjus bħala wieħed mill-aqwa programm li jiġu imtella fiż-żmien il-festi, it-Talent Żagħżugħ huwa meqjus bħala l-aqwa kunċert organizzat għal-bandisti tal-post kif ukoll il-marċijiet li l-banda idoqq kemm funebri kif ukoll festivi huma ta’ l-aqwa kompġożituri maltin. Xhieda ta’ dawn huma is-servizzi li għamlet u għada tagħmel fil-lokalitajiet madwar Malta fosthom, Marsa (Trinita Imqaddsa), Belt Valletta ( Madonna Tal- Karmnu u ta’ L’Iesse), San pawl il-Baħar (Duluri), Rabat (San Pawl), Ħamrun (San Ġejtanu), Imsida ( San Ġużepp), Ħaż-Żebbuġ (San Filep), Kalkara ( San Ġużepp), Ħal-Qormi (San Sebastjan), Gżira ( Madonna tal-Karmnu), Raħal Ġdid (Kristu Re) ,Birżebbuġa (San Pietru), Ħal Safi (San Pawl) u Sannat (St. Margherita).

Preżentament, il-banda tgawdi min 35 bandisti tal-post u l-fuq min 10 allievi. Dan kollhu juri futur sabiħ għal-banda tant maħbuba min-Naxxarin.

Applika biex tingħaqad magħna u Tkun Membru tas-Soċjetà

Attivitajiet li jmiss

Membri tal-Banda

Dawn huma il-membri tal-post tal-banda tagħna.

Dawn huma il-membri tal-post tal-banda tagħna.

Flawt Kurunetta Klarinett Perkussjoni Sassafonu Baritnu Ewfonju
Alessia Costanzo Ayrton Azzopardi Jake Bonello Carlos Barbara John Paul Muscat Dylan Galdes Patrick Fenech
Anthea Scicluna Jean Karl Galdes Julian Galea Nigel Spiteri Lara Sciberras Jake Bonavia Carmel Cachia
Emily Sciberras Jodi Scicluna Lara Scerri Kristen Borg Christine Dimech Karl Borg
Eric Pirotta John Paul Agius Mark Azzopardi
Geatan Brincat Jonathan Scerri Matthias Galea
Georgina Miyoku Daniel Scerri Matthias Zammit
Graziella Vella Daniel Vella Erika Mifsud
Nathalie Cachia Yorouska Galea
Pavel Cuschieri
Ritienne Gauci
Samantha Scicluna

Applika biex tingħaqad magħna u Tkun Membru tas-Soċjetà

Attivitajiet li jmiss

Scroll to Top